Għotjiet

X’inhuma l-Għotjiet taż-ŻEE u tan-Norveġja?

L-Għotjiet taż-ŻEE u tan-Norveġja jirrappreżentaw il-kontribuzzjoni tal-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja lejn Ewropa ekoloġika, kompetittiva u inklużiva.

Hemm żewġ objettivi ġenerali: li jitnaqqsu d-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fl-Ewropa, u li jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn il-pajjiżi donaturi u 15-il pajjiż tal-UE fl-Ewropa Ċentrali u tan-Nofsinhar u l-Baltiku. It-tliet pajjiżi donaturi jikkooperaw mill-qrib mal-UE permezz tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Id-donaturi pprovdew €3.3 biljun permezz ta’ skemi ta’ għotjiet konsekuttivi bejn l-1994 u l-2014.

Għall-perjodu 2014-2021, l-Għotjiet taż-ŻEE u tan-Norveġja jammontaw għal €2.8 biljun.

karsten-wurth-0w-uTa0Xz7w-unsplash
Photo by Shane Rounce on Unsplash

Il-prijoritajiet għal dan il-perjodu huma:

#1 Innovazzjoni, Riċerka, Edukazzjoni u Kompetittività
#2 Inklużjoni Soċjali, Impjieg taż-Żgħażagħ u Tnaqqis tal-Faqar
#3 Ambjent, Enerġija, Tibdil fil-Klima u Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju
#4 Il-Kultura, is-Soċjetà Ċivili, il-Governanza Tajba u d-Drittijiet Fundamentali
#5 Ġustizzja u Affarijiet Interni

L-eliġibbiltà għall-Għotjiet tirrifletti l-kriterji stabbiliti għall-Fond ta’ Koeżjoni tal-UE mmirat lejn pajjiżi membri fejn l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) għal kull abitant huwa inqas minn 90% tal-medja tal-UE. L-iskema tal-għotjiet taż-ŻEE u tan-Norveġja tikkonsisti f’żewġ mekkaniżmi: l-Għotjiet taż-ŻEE u tan-Norveġja. L-Għotjiet taż-ŻEE huma ffinanzjati mill-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, li l-kontribuzzjonijiet tagħhom huma bbażati fuq il-PDG tagħhom. L-Għotjiet tan-Norveġja huma ffinanzjati biss min-Norveġja.

Motivating mobilizing supporting NEETs green career pathway.
Call: Unlocking Youth Potential
Project No. 2020-1-0033
Lead partner: Jobsplus
Duration: 29 months

www.eeagrants.org

riżorsi utli

INTERCEPT għandha baġit ta' € 2.18M u hija ffinanzjata mill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja permezz tal-fond tal-Għotjiet taż-ŻEE u n-Norveġja.